Futbol Sport

Inter u Napoli fil-finali tas-Super Cup

(Ritratt: EPA)

Inter se jkunu qed jilagħbu fil-finali tas-Super Cup Taljana nhar it-Tnejn wara li għelbu bl-aktar mod faċli lil Lazio 3-0. Partita dominata minn Inter li marru fil-vantaġġ wara 17-il minuta permezz ta’ Marcus Thuram.

Inter irdoppjaw fil-50 minuta permezz ta’ penalty ta’ Hakan Calhanoglu qabel ma’ Davide Frattesi għamilhom 3-0 tliet minuti mit-tmiem. B’hekk fil-finali, Inter se jkunu qed jilagħbu kontra Napoli li għelbu lil Fiorentina.