Senegal……………3
Kamerun…………..1
Is-Senegal avvanzaw għall-fażi li jmiss tat-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani meta għelbu lill-Kamerun 3-1. Ismail Sarr poġġa lis-Senegal fil-vantaġġ wara 16-il minuta. Habib Diallo rdoppja fil-71 minuta qabel ma’ Jean-Charles Castelleto naqqas l-iskor. Lejn it-tmiem kien Sadio Mane li għamilhom 3-1.
Cape Verde………….3
Mozambique………..0
Il-Cape Verde wkoll għamluha għall-fażi li jmiss meta għelbu lil Mozambique 3-0, biex b’hekk wieħed mill-favoriti bejn l-Eġittu u l-Ghana se jkun eliminat fil-fażi tal-gruppi. Il-gowls tal-Cape Verde kienu skorjati permezz ta’ Bebe, Ryan Mendes u Kevin Pina.
Guinea……………………1
Gambja…………………..0
Il-Guinea kisbu rebħa minima ta’ 1-0 fuq il-Gambja bil-gowl deċiżiv jasal fis-70 minuta permezz ta’ Aguibou Camara.
//= $special ?>