Spettur tal-Pulizija li xhed fil-każ ta’ raġel mis-Sudan li f’Lejliet l-Ewwel tas-Sena kien imsawwat b’mod selvaġġ f’Paceville sostna li ma kien hemm l-ebda razziżmu involut meta l-allegat vittma ġiet imċaħħad mid-dħul fi stabbiliment.
Dettalji tal-inċident ħarġu fl-ewwel seduta tal-kumpilazzjoni tal-provi fil-konfront ta’ Ryan Zammit, żagħżugħ ta’ 26 sena residenti l-Gżira li qed jiġi mixli bħala wieħed minn ħames bouncers allegatament involuti fl-episodju vjolenti.
Filmati tal-attakk brutali, ippubblikati għall-ewwel darba fuq is-sit Lovin Malta, urew madwar ħames bouncers jagħtu bis-sieq u jsawwtu raġel li kien mimdud mal-art hekk kif numru ta’ persuni viżibilment imwerwrin raw l-inċident iseħħ. Il-vittma kien ippubblika wkoll filmat li juru li kien ipprova jsejjaħ lill-pulizija biex tintervjeni fil-kwistjoni fejn qal li kellu xi jgħid mal-bouncers tal-klabb qabel is-swat.
Qabel ma dak il-filmat wasal fuq il-midja soċjali, wieħed mill-allegati aggressuri kien diġà ppreżenta rapport uffiċjali lill-pulizija, fejn sostna li kien ġie attakkat bi flixkun miksur għall-ħabta ta’ nofs il-lejl. Dak ir-raġel, identifikat aktar tard bħala Riald Gragjevi ta’ nazzjonalità Albaniż ta’ 21 sena, ittieħed l-isptar għall-kura iżda kien illiċenzjat meta bdew l-investigazzjonijiet tal-pulizija dwar l-inċident.
Waqt li kienet qed taħdem fuq dak il-filmat tal-midja soċjali, iffilmjat minn terzi persuni li kienu għadhom iridu jiġu identifikati, il-pulizija bdew jiġbru filmati tas-CCTV minn diversi stabbilimenti li jinsabu fl-inħawi fejn seħħew l-avvenimenti li wasslu għas-swat.
It-tgħaqqid tal-evidenza ma kiniyx biċċa xogħol faċli, anke għaliex kważi l-ebda waħda mill-aggressjoni finali nqabdet fuq filmat, l-aktar minħabba li l-cameras tas-sorveljanza kienu ostakolati mid-dekorazzjonijiet tal-festi fit-toroq.
Fit-triq, filmati wrew biss siltiet tal-ġiri li wasslet għas-swat, spjega l-Ispettur tal-prosekuzzjoni Brian Xuereb li xehed fit-tul fil-każ ta’ Zammit. “In-nies isawtu lill-vittma] ma jistgħux jidhru. Jew ftit li xejn, minħabba t-tiżjin tal-Milied tat-toroq.”
Numru ta’ ‘clubbers’ li bdew jiżdieda mal-ħiun dehret fejn l-istabbiliment Havana qabel il-ħabta ta’ nofs il-lejl, kull wieħed wera l-karta tal-identità Maltija mal-bieb biex jgħaddi mis-sigurtà. “Kull min wera l-karta tal-identità valida kellu l-permess, persuni ta’ kull razza u kulur. Ma kien hemm ebda kwistjoni ta’ razziżmu,” qal l-ispettur, li kien eżamina filmati sussegwentement miġbura mis-sit fejn bdiet il-katina tal-avvenimenti.
Imbagħad iċ-ċittadin Sudaniż Ahmed Adem Idriss Albarjo, mar ħdejn l-uffiċjali tas-sigurtà fil-bieb, uriehom xi dokument iżda dan ġie miċħud. “Qalulu li ma kienx tajjeb,” qal l-Ispettur Xuereb. Iżda r-raġel insista, irrifjuta li jitlaq sakemm żewġ bouncers niżżluh mit-taraġ għat-triq, ikklerjaw l-entratura biex nies oħra jkunu jistgħu jidħlu.
Idriss ma riedx se jiċċaqlaq u kien meta wieħed mill-bouncers tah daqqa ta’ ponn fuq geddumu u neħħih bil-forza. F’dak il-punt, mar għand xi uffiċjali tal-pulizija li kienu qed jgħassu fit-toroq ta’ Paceville, u lmenta fejn ipprova jġielhom jintervjenu fil-kwistjoni tiegħu mal-bouncers.
Qalulu biex imur jagħmel rapport tal-pulizija. Minflok, ir-raġel mar lura lejn il-klabb, u waddab dak li deher li kien flixkun ta’ Vodka mdaqqas. Riald induna bl-intenzjoni tar-raġel u qabdu minn dirgħajh. Dan kien meta Idriss waqa’ mal-art, bi flixkun tal-ħġieġ f’idu.
Inqalgħet kommossjoni bejn il-bouncer u Idriss li mbagħad qabad il-flixkun imkisser u tefgħu dritt lejn Riald, li laqtu fuq daharu. Diversi gwardjani tas-sigurtà rreaġixxew u ġrew wara r-raġel li mexa fid-direzzjoni tal-ħanut Burger King. Kien hemm fejn il-bouncers qabduh, u bdiedt ix-xita daqqiet fosthom bil-ponn.
Riald kien armat b’basket teleskopiku metalliku, li jidher faċilment fil-filmati. Bouncer ta’ statura kbira intervjena u xeħet lil Idriss ma’ l-art. Il-bouncers l-oħra tbiegħdu iżda tnejn minnhom, jiġifieri Riald u Zammit, komplew isawwtuh, spjega l-prosekutur.
Dawk it-tnejn baqgħu jagħtu bis-sieq lir-raġel li kien fl-art. Mistoqsi mill-avukat ta’ Zammit, Herman Mula, jekk l-allegat vittma kienx irċieva swat qabel ma daħal Zammit, l-ispettur spjega li qabel Zammit ingħaqad mal-aggressjoni, il-vittma kien għadu fuq saqajh.
Ladarba l-vittma kienet imwaqqfa mill-bouncer ta’ statura, Riald kompla jagħti lil Idriss bil-bastun fuq rasu u saqajh. Kemm Riald kif ukoll Zammit taw ukoll sieq lir-raġel f’rasu. L-Ispettur Xuereb qal li seta’ faċilment jidentifika lil Zammit fuq dak il-filmat peress li kien jafu di vista, wara li rah f’diversi okkażjonijiet preċedenti jaħdem fi stabbilimenti kummerċjali ta’ Paceville.
Dakinhar filgħaxija Zammit ma kienx qed jaħdem fil-Havana. Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Nadine Sant Lia, ordnat lill-ispettur biex jindika d-diversi sorsi li minnhom il-pulizija kienet kisbet il-filmati differenti li jiddokumentaw l-inċident kollu.
Zammit ingħata l-libertà proviżorja kontra depożitu ta’ €1,000, garanzija personali ta’ €3,000, jiffirma l-bail book darbtejn fil-ġimgħa u taħt curfew bejn l-10pm u t-8am. Idriss kien diġa’ ngħata wkoll il-libertà proviżorja fi proċeduri separati fejn jinsab mixli li weġġa’ ħafif lill-bouncer li sofra tiċrita f’sidru u qatgħa f’rasu fl-episodju tal-flixkun imkisser.
L-avukati tal-AĠ Etienne Savona u Giuliana Magro Conti qed imexxu prosekuzzjoni flimkien mal-Ispettur Brian Xuereb. L-Avukat Herman Mula huwa avukat ta’ Zammit. L-Avukat Roberta Bonello hija l-avukat ta’ Idriss. L-avukat Shazoo Ghaznavi u Jessica Formosa huma avukati ta’ Gragjevi.