L-MUT irringrazzjat lill-istudenti tal-MCAST tas-sapport li qed juru lejn l-għalliema tagħhom hekk kif il-union għadha għaddejja b’diskussjonijiet mal-Ministru tal-Edukazzjoni wara li ilu sentejn iwebbes rasu.
Fil-fatt, fi stqarrija, il-union qalet li l-membri tagħha qed ibatu għaliex il-Ministru Clifton Grima qed jibqa’ jkaxkar saqajh sabiex jiġi konkluż qbil kollettiv għall-edukaturi.
L-MUT wiegħdet lill-istudenti li l-isforzi tagħhom qatt ma qatgħu u se jibqgħu f’komunikazzjoni sakemm ikun hemm soluzzjonijiet sodisfaċenti.
Iktar dettalji:
//= $special ?>