Luke Littler rebaħ l-ewwel titlu PDC meta fil-finali tal-Masters tal-Bahrain għeleb lil Michael van Gerwen 8-5. Aktar kmieni dan ix-xahar Littler irnexxielu jasal sal-finali tal-World Darts Championship fejn tilef kontra Luke Humphries.
F’kummenti wara l-finali fil-Bahrain, Littler qal li mill-finali kontra Humphries ma prattika xejn. Littler li għad għandu 16-il sena kien qed jiddebutta f’kompetizzjoni World Series u fil finali kif ukoll fil-kwarti finali rnexxielu jagħmel nine-darter kontra Nathan Aspinall fejn fit-triq tiegħu sal-finali elimina wkoll lil Gerwyn Price.
//= $special ?>