Internazzjonali

Mill-inqas 12-il tifel u tifla u żewġ għalliema tilfu ħajjithom wara li għerqu fl-għadira Harni

Numru ta’ ġenituri qed jallegaw li ma ngħatawx biżżejjed ġkieket tas-salvataġġ fl-inċident fejn għerqu mill-inqas 12-il tifel u tifla u żewġ għalliema fl-għadira ta’ Harni, fil-Belt ta’ Vadodara.

Dwar dan il-każ li seħħ il-Ħamis ġew arrestati żewġ persuni.

Mat-18-il student u żewġ għalliema ġew salvati u qed jingħataw il-kura fi sptar qrib.

Bħalissa għaddejja operazzjoni ta’ tfittxija biex isibu il-vittmi li tilfu ħajjithom.

Għadu mhux magħruf x’wassal għal dan l-inċident għalkemm qed jingħadd li d-dgħajsa kellha iktar persuni milli suppost.

Il-Ministru Harsh Sanghvi qal li 10 studenti biss kienu libsin ġkieket tas-salvataġġ u b’hekk dan ifisser li fil-maġġoranza ta’ dawk abbord ma kellhomx waħda.

Diversi qraba qed jgħidu wkoll li huma qas biss kienu jafu li t-tfal kienu se jittieħdu fuq dgħajsa iżda minflok kienu mgħarfa li se jmorru f’water park.