Sport Sport Ieħor

Polo: Partita storika bejn żewġ timijiet tan-nisa għad-Du Cane Cup

Għada s-Sibt, il-Malta Polo Club se jorganizza partita storika hekk kif żewġ timijiet tan-nisa se jkunu qed jilagħbu għall-ewwel darba kontra xulxin għad-Du Cane Cup.

Fil-fatt, Team Veuve Clicquot immexxija minn Sarah Manduca flimkien ma’ Rebecca Gera, Nicola Fenech Conti u Petra Vella se jilagħbu kontra Gauchas Finestal, bil-captain Serena Galea, li magħha se jkollha lil Nicole Fenech Adami, Emma Aquilina u Christie Massaloux.

Il-Malta Polo Club ilu mwaqqaf sa mill-1868 u hu wieħed mill-eqdem klabbs f’pajjiżna.

Id-Du Cane Cup kienet ippreżentata lill-klabb minn Sir John Du Cane li kien il-gvernatur ta’ Malta fis-snin tletin.

Il-logħba se tintlagħab għada fil-Malta Equidrome u tibda fil-11 ta’ filgħodu.