Lokali Saħħa

Waiting list enormi u problemi serji fis-settur tas-saħħa

Is-settur tas-saħħa pubblika kważi ser jisplodi u għalhekk il-Gvern u l-awtoritajiet tal-isptarijiet għandhom jagħmlu aktar sabiex jindirizzaw il-waiting lists. Dan apparti l-fatt li t-tratament tat-tfal qiegħed jieħu wisq żmien biex jingħata, għaliex qed idumu biex jiġu diagnosed.

Dan kollu intqal mill-Editorjal tat-Times of Malta, hekk kif spejga li ma kull xahar li jgħaddi, rekord ta’ pazjenti qed jiġi bżonn is-settur pubbliku – fost dawn, hemm dawk li qed jistennew biex issirilhom MRI, li hija għodda essenzjali sabiex jsiru jafu x’tip ta’ trattament għandhom bżonn.

L-editorjal spjega li l-awtoritajiet tas-saħħa għandhom jistaqsu jekk hux qed jiffukaw wisq fuq kif se jagħtu t-trattament – u ma jiffukawx biżejjed kif il-pazjenti jistgħu jiġu diagnosed mill-aktar fis possibli.

Dan hekk kif jekk persuna ma tkunx diagnosed ma tistax tingħata t-trattament li għandha bżonn – u din hija xi ħaġa li għandna tiġi indirizzata.

It-Times qalet illi l-impatt li jħallu l-waiting lists tat-tfal humwa xi ħaġa inkwetanti. Jisħaq ukoll li l-pressjoni fuq l-isptarijiet żdied kemm minħabba l-fatt li l-maġġoranza tal-popolazzjoni f’pajjiżna hija anzjana kif ukoll minħabba l-fatt li l-popolazzjoni żdiedet fl-aħħar snin. Fi kliem sempliċi l-editorjal qal li l-faċilitajiet tas-saħħa  qatt ma kienu idiżinjati sabiex jilqgħu din iż-żieda fil-popolazzjoni.

L-analiżi ta’ dan il-ġurnal tasal fl-istess ġimgħat li fiha l-Ministru tas-Saħħa qalilna li hawn 250 mediċina out-of-stock – ftit tal-jiem biss wara li l-Ministru Michael Falzon qalilna eżattament l-oppost.

Bħalissa, hawn ukoll mas-16,000 persuna li qed jistennew MRI – bil-lista li spiċċat irduppjat fl-aħħar 6 xhur. Apparti minn hekk, hemm ukoll 1,600 anzjan u anzjana li qed jistennew post f’residenza tal-anzjani.