Atletika Sport

Rekord nazzjonali indoor fit-triple jump minn Rachela Pace fl-Istati Uniti

Fil-kompetizzjoni Spokane Sports Showcase fl-Istati Uniti, Rachela Pace qabżet 13.29 metri sabiex kisret b’67 ċentimetru ir-rekord li fl-2023 kienet għamlet fl-Italja Rebecca Sare’, dak ta’ 12.26 metru

Rachela Pace, li qed tistudja fl-Universita’ ta’ Fresno, għandha wkoll ir-rekord fil-Kategorija Taħt it-23 sena.

Bi 13.29, hija metri saret it-tielet atleta fi Fresno li qabżet aktar minn 13-il metru f’kompetizzjoni organizzata għall-universitajiet tal-Istati Uniti u l-Kanada.

B’dan ir-riżultat Rachela Pace temmet qabel Jada Foreman tal-Istati Uniti u Tara Wyllie tal-Awstralja.

Riżultat li kien biżżejjed biex Rachela Pace tingħażel bħala l-Atleta tal-Ġimgha f’Mountain West Women’s Field Athletics.

L-impenn li jmiss għal Rachela Pace huwa fis-26 ta’ Jannar fin-New Mexico Team Open u UW Invitational.

Fl-istess kompetizzjoni hija ħadet sehem fil-long jump fejn temmet fir-raba’ post b’qabża ta’ 5.87 metri.