Lokali

Robert Abela jammetti li m’hemm ebda frott u ħaxix frisk fil-lista ta’ prodotti mraħħsa

Lista mingħajr bajd u ġobon – “m’hemmx ingredjenti biżżejjed biex issajjar soppa tal-armla

Il-lista ta’ prodotti li se jkunu qed jiffurmaw parti mill-iskema ta’ traħħis ta’ 15% hija waħda finali.

Hekk ta x’jifhem il-Prim Minsitru Robert Abela meta l-Ġimgħa filgħodu Net News staqsa jekk il-lista hux waħda assoluta, u aktar minn hekk għalfejn m’hemm l-ebda prodotti u ħxejjex friski b’Abela jammetti li hemm biss 3 ħxejjex – piżelli, brokkli u spinaċi – u li huma ffriżati.

Fil-lista msemmija m’hemmx biżżejjed ingredjenti biex wieħed jagħmel platt kusksu, ħobża perżut u ġobon jew l-essenzjali – soppa tal-armla. U ebda frott jew ħxejjex – ebda affarijiet essenzjali oħrajn bħal karta iġenika.

Iżda, minkejja li l-ħobż xorta waħda qed iżid fil-prezz u minkejja li l-ħalib tal-Benna kompla jżid fil-prezz ukoll….Robert Abela xeħet il-ħtija kollha fuqhom…farfarha u qal li ma tqiegħdux fil-lista għax tahom biżżejjed għajnuna.

Minkejja kollox, il-Prim Ministru baqa’ jinsisti li hemm 400 prodott…meta fil-verità m’hemmx 400 tipi differenti ta oġġetti essenzjali iżda ditti differenti…bil-lista tidher li hi waħda finali.

Wara li tħabbret din l-inizjattiva, bosta baqgħu kemmxejn perplessi kif f’lista ta din ix-xorta ma ssibx bajd ġobon…kwalunkwe tip ta’ frott u ħaxix…jew saħansitra ingredjenti bażiċi biex tagħmel sempliċi ħobża tal-Malti jew soppa.