Żewġ dilettanti tal-mużika ta’ Madonna qed ifittxu lill-kantanta Amerikana għad-danni wara li hi waslet sagħtejn tard għall-kunċert tagħha li sar ix-xahar li għadda fil-belt ta’ New York.
Id-dokumenti li tressqu lill-qorti qed jibbażaw fuq il-każ li l-kunċert – kuntrarju għall-ħin stabbilit– spiċċa fis-1 am u ħafna aktar tard milli kien ipprogrammat. Iż-żewġ persuni li ressqu r-rikors qalu, intant, li huma ma kenux se jħallsu għall-biljetti biex jattendu l-kunċert li kienu jafu li l-avveniment kellu jispiċċa daqshekk tard.
Dawn il-persuni qed ifittxu wkoll lil-Live Nation, il-promotur tal-kunċert ta’ Madonna u l-Barclays Centre, fejn sar l-avveniment, għal ‘reklamar qarrieqi u negliġenza fil-promozzjoni tal-kunċert’.
Ir-rikors qed jesiġi wkoll li l-kantanta Madonna għandha reputazzjoni ‘antika’ għal kemm-il darba waslet tard – kultant b’sigħat — għall-kunċerti tagħja u bir-riżultat li ħarbtet l-iskedi u l-pjanijiet tal-concert-goers. Dawn in-nuqqasijiet min-naħa tal-kantanta kienu evidenti waqt ir-Rebel heart Tour tal-2016 u l-Madame X Tour li dam mill-2019 sal-2020.
//= $special ?>