Fl-Al Awwal Park f’Riyadh, l-Arabja Sawdija fl-ewwel partrita mis-Supercoppa Taljana Napoli għelbu lil Fiorentna 3-0.
Napoli fl-aħjar wirja tal-istaġun iddominaw lil Fiorentina f’partita li dehret diffiċli iżda fl-aħħar fażi rriżultat f’waħda faċli ta’ sodisfazzjoni għal Walter Mazzarri.
Fit-22 minuta Napoli fil-vantaġġ. Minn azzjoni ta’ Juan Jesus, kien Giovanni Simeone li għadda fuq Cristiano Biraghi qabel għeleb lil Pietro Terracciano.
Bi Fiorentina aktar fil-partita fit-27 minuta gowl ta’ Lucas Beltran fuq azzjoni bejn Martinez Quarta u Jack Bonaventura ma kienx ikkonvalidat bil-VAR minħabba offside.
Fl-44 minuta foul ta’ Mario Rui fuq Jonathan Ikone, b’Federico La Penna jsaffar penalty. Inkariga minnu Jonathan Ikone li iżda xeħet barra mil-lasti ta’ Pier Luigi Gollini. 1-0 fi tmiem l-ewwel taqsima.
Minkejja li Fiorentina kienu aktar fil-partita, fl-84 minuta Napoli rduppjaw. Minn azzjoni ta’ Giovanni di Lorenzo kien Alessio Zerbin li għeleb lil Terracciano. Żewġ minuti wara kien mill-ġdid Zerbin li għalaq il-partita 3-0 f’rebħa li poġġiet lil Napoli fil-finali u nessiet xi ftit id-diżappunti tal-aħħar partiti tal-kampjonat.
Illejla Inter jilagħbu kontra Lazio.
//= $special ?>