Sport Sport Ieħor

Table Football: Bejn is-Sibt u l-Ħadd jintlagħabu l-kampjonat u n-Knock-Out

Fi tmien il-ġimgha l-Kampjonat tal-Klabbs tat-Table Football sejjer ikun qiegħed jintlagħab fil-każin La Vallette fil-Belt.

L-erba’ klabbs li se jieħdu sehem huma Valletta Subbuteo Club, Bormla Subbuteo Club, Valletta Lions Table Football Club u Attard Subbuteo Club fejn dawn se jiltaqgħu kontra xulxin fuq kampjonat ta’ żewġ rawnds.

Ir-rebbieħa u t-tieni klassifikati ser jilagħbu fiċ-Champions League din is-sena filwaqt li dawk li jispiċċaw fil-tielet u r-raba’ post jieħdu sehem fl-Europa League.