Top Spin TT Valletta Pay Andro jinsabu erba’ punti bogħod mil-leaders HITT Academy WH Middle East fil-klassifika tal-Ewwel Diviżjoni tal-Kampjonat tal-Malta Table Tennis Association meta rebħu 4-3 il-konfront kontra HITT Academy Mosta Dome B & B.
Kif jindika l-iskor ma kienitx logħba faċli għal Top Spin bl-avversarji tagħhom li dejjem baqgħu fil-logħba sal-aħħar.
Fit-tielet post hemm Malta International Table Tennis Centre Butterfly li għelbu lil HITT Academy Tibhar 4-2 b’HITT Academy Home Trends li għelbu 4-3 l-isfida iebsa li tawhom Mosta Gunners.
Alpha Calleja Ltd iddominaw il-konfront kontra Top Spin TT Academy Valletta Pay Roxon meta ħarġu rebbieħa 5-1.
Fil-Kampjonat tat-tieni diviżjoni, Alpha Alberta Group laħqu lil PBC Table Tennis Bluegrip wara li rebħu l-konfront dirett bl-iskor ristrett ta’ 4-3.
//= $special ?>