Futbol Sport

Tazza tal-Asja: L-Awstralja jagħmluha għall-fażi li jmiss b’rebħa fuq is-Sirja

Għall-Awstralja kien biżżejjed gowl fid-59 minuta skorjat minn Irvine biex huma għelbu lis-Sirja u b’hekk kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva, rebħa li biha avvanzaw għat-tieni fażi.

F’logħba oħra mill-istess grupp l-Użbekistan għamlu pass importanti lejn il-kwalifikazzjoni meta għelbu lill-Indja 3-0, bil-goals kollha jaslu fl-ewwel taqsima.

Fayzullaev fetaħ l-iskor fir-raba’ minuta u Sergeyev irdoppja kwarta wara, bit-tielet goal jasal fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima permezz ta’ Nasrullaev.

Fl-aħħar logħba tal-programm tal-bieraħ l-ewwel punt għall-Palestina li kisbu draw ta’ 1-1 kontra l-Emirati Arab Magħquda.

Riżultati

Sirja v Awstralja 0-1

Indja v Użbekistan 0-3

Palestina v UAE 1-1

Illum

Iraq v Ġappun

Vjetnam v Indoneżja

Hong Kong v Iran