Futbol Sport

Tazza tan-nazzjonijiet Afrikani: Il-Kosta tal-Ivorju megħluba minn Niġerja

Il-pajjiż organizzatur, il-Kosta tal-Ivorju tilef kontra n-Niġerja biex issa l-kwalifikazzjoni għat-tieni fażi saret iktar komplikata.

Minn naħa tagħhom issa n-Niġerja li ftit kienu konvinċenti fl-ewwel logħab tagħhom, b’din ir-rebħa għamlu pass importanti lejn il-kwalifikazzjoni.

Il-goal tar-rebħa tan-Niġerja kien skorjat minn Troost-Ekong għaxar minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima.

F’logħba mistennija draw ta’ 2-2 bejn l-Eġittu u l-Ghana fejn l-eroj tal-Ghana kien Kudus li skorja ż-żewġ goals tat-tim tiegħu.

L-ewwel goal ta’ Kudus wasal fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima.

Fid-69 minuta l-Eġittu għamlu l-iskor indaqs permezz ta’ Marmoush, iżda żewġ minuti wara Kudus reġa’ poġġa lil Ghana fil-vantaġġ.

Fl-74 minuta kien Mostafa Mohamed li ta punt prezzjuż lill-Egittu.

Equatorial Guinea għelbu lil Guinea Bissau 4-2 fejn il-protagonista għar-rebbieħa kien Emilio Nsue li skorja hat-trick.

Riżultati

Eq. Guinea v Guinea B 4-2

Kosta tal-Ivorju v Niġerja 0-1

Eġittu v Ghana 2-2

Illum

Cape Verde v Mozambique

Senegal v Kamerun

Guinea v Gambia