L-Kummissarju għat-Tfal tixieq turi t-tħassib tagħha flimkien mall-Awtorita’ għall-Użu Responsabbli tal-Kannabis u l-Organizazzjonijiet tal-Knisja dwar il-prodotti hexahydrocannabinol (HHC), HXC or THC-Mix, li jinsabu għal bejgħ f’ Malta.
L-Uffiċċju tal-Kummissarju għat-Tfal jħeġġeġ lill-awtoritajiet konċernati biex jieħdu azzjoni biex jiġi pprojbit il-bejgħ ta’ dawn il-prodotti fl-aħjar interessi tat-tfal. Dawn il-prodotti milli jidher jistgħu jinxtraw faċilment u jinstabu bil-forma ta’ affarijiet tal-ikel bħal gummy bears.
Il-Kummissarju tat-Tfal tinsab inkwetat peress li dawn il-prodotti huma ta’ ħsara għal dawk li jikkunsmawhom.
L-Uffiċċju jixtieq iħeġġ ukoll lill-ħwienet biex ma’ jbiegħux dawn il-prodotti lill-kullħadd.
//= $special ?>