Lokali

Tiċċelebra 100 sena f’Għawdex wara li telqet minn Wales biex tgħix f’pajjiżna

Mary Gauci, anzjana ta’ 100 sena, iċċelebrat għeluq sninha fil-gżira Għawdxija wara li snin ilu telqet minn art twelidha, Cardiff, Wales biex tgħix f’pajjiżna.

Ommha u missierha kienu Margaret u Joseph Gauci, b’Mary tkun waħda minn tlett ibniet u seba’ subien.

Mary żaret għall-ewwel darba l-gżira Għawdxija meta kellha ħames snin waqt li kienet ġiet għal vaganza. Minn dak iż-żmien ‘l hawn ma ħarsitx lura tant li għażlet li tibqa’ tgħix ma’ oħt missierha, f’Għajnsielem.

Mary kienet iltaqgħet ma’ ħutha meta kibru, fl-1960, hekk kif ma kienux jafu li għandhom oħthom oħra, b’waħda minnhom irritornat Għawdex biex tiċċelebra ma’ oħtha f’għeluq sninha.

F’għeluq il-100 sena tagħha, qraba, ħbieb, u ġirien iċċelebraw magħha permezz ta’ quddiesa li saret mill-Arċipriet Frankie Bajada kif ukoll is-Sindku tal-Lokalita’ t’Għajnsielem, Kevin Cauchi. Wara sar riċeviment żgħir għall-okkażjoni.