Arsenal irritornaw għar-rebħ wara tliet telfiet konsekuttivi qabel il-waqfa b’rebħa ta’ 5-0 fuq Crystal Palace. Arsenal iddominaw il-partita fejn kixfu il-fraġiilita’ ta’ Crystal Palace, li ftit xejn urew inizjattiva biex jimpenjaw lil-goalkeeper ta’ Arsenal, David Raya. Il-Gunner fetħu l-iskor fil-11-il minuta meta minn corner ta’ Declan Rice kien Gabriel Magalhaes li bir-ras xeħet wara Dean Henderson għal 1-0.
Fis-37 minuta Arsenal irduppjaw meta għal darb oħra minn corner, kien Gabriel Magalhaes li reġa’ għola bir-ras, bil-ballun ikun devjat għal ġewwa minn Henderson. Fis-60 minuta wasal it-tielt gowl ta’ Arsenal meta minn kontra attakk veloċi kien Gabriel Jesus li sab lil Leandro Trossard li bil-kalma kollha ikkonluda fix-xibka. Arsenal skorjaw ir-raba’ u l-ħames gowls fl-94 u fil-95 minuta b’żewġ gowls kważi identiċi tas-sositut Gabriel Martinelli.
L-istriker Ingliż Ivan Toney irritorna b’gowl fir-rebħa ta’ 3-2 li kellhom Brentford fuq Nottingham Forest. Nottingham Forest marru fil-vantaġġ fit-3 minuta b’gowl spettakolari ta’ Danilo Oliveira. Fid-19-il minuta Ivan Toney kiseb id-draw għal Brentford bi freekick dirett. Brentford marru fil-vantaġġ fit-58 minuta minn Ben Mee qabel fil-65 minuta kien Chris Wood li kiseb id-draw għal Nottingham Forest. Biex fit-68 minuta kien Neal Maupay li skorja il-gowl li ta rebħa importanti lil Brentford u tellagħhom fl-14-il post tal-klassifika, b’Forest jibqgħu fis-16-il post.
PREMIER LEAGUE
Illum: Arsenal v Crystal Palace 5-0, Brentford v Nott Forest 3-2
Għada: Sheff Utd v West Ham 3.00pm, B’Mouth v Liverpool 5.30pm