Internazzjonali

Ċina: 13-il student jitilfu ħajjithom wara nirien fi skola

13-il student tilfu ħajjithom traġikament wara li l-Ġimgħa filgħaxija nirien ħakmu skola fiċ-Ċina.

Il-vittmi f’dan in-nirien għandhom bejn id-9 u l-10 snin u kienu kollha fl-istess klassi. Dan apparti li persuni oħra ġarrbu xi ġrieħi iżda l-kundizzjoni tagħhom hija stabbli.

Rapporti qalu li fil-ħin tan-nirien kien hemm madwar 30 student b’uħud minnhom ġew evakwati minnufih. Dan filwaqt li l-pumpiera tfew in-nirien f’inqas minn siegħa wara li daħal ir-rapport.

Din l-iskola privata ilha topera għal madwar 10 snin bil-persuna responsabbli minn din l-iskola spiċċat interrogata mill-Pulizija.

Nirien fatali fiċ-Ċina huma pjuttost komuni hekk kif hemm nuqqas ta’ infurzar fl-istandards tal-bini.