Fl-ewwel partita ta’ Daniele De Rossi fit-tmexxija ta’ Roma huma kisbu rebħa missielta’ ta’ 2-1 fuq Verona. Romelu Lukaku fetaħ l-iskor fid-19-il minuta fuq pass ta’ Stephan El Shaarawy, biex fil-25 minuta huma rdoppjaw minn Lorenzo Pellegrini. Verona naqqsu d-distakk fis-66 minuta minn Michael Folorunsho.
Rebħa drammatika ta’ 3-2 għal Milan barra minn darhom għand Udinese. Il-partita kienet mtappna b’mumenti deplovrevoli, hekk kif il-partita kellha titwaqqaf momentarjament wara kummenti razzisti mill-partitarji ta’ Udinese fil-konfront tal-goalkeeper ta’ Milan Mike Maignan.
Kien Ruben Loftus-Cheek li fetaħ l-iskor għal Milan fit-32 minuta qabel kien Lazar Sardzic li kiseb id-draw għal Udinese fit-42 minuta. Florian Thauvin poġġa’ lil Udinese fil-vantaġġ fit-62 minuta qabel kien Luka Jovic li kiseb id-draw għal Milan fit-83 minuta. Biex hekk kif il-partita kienet destinata għal draw kien Noah Okafor li skorja il-gowl tar-rebħa fit-93 minuta.
SERIE A
Illum: Roma v Verona 2-1, Udinese v Milan 2-3
Għada: Frosinone v Cagliari 12.30pm, Empoli v Monza 3.00pm, Salernitana v Genoa 6.00pm, Lecce v Juventus 8.45pm