Il-Ġordan kisbu draw ta’ 2-2 kontra l-Korea t’Isfel biż-żewġ timijiet viċin li jagħmluha għar-round li jmiss. Heung Min Son fetaħ l-iskor mill-ħdax-il metru qabel Yong-woo Park xeħet fix-xibka tiegħu stess u kiseb id-draw għal Ġordan. Fil-ħin mogħti żejjed tal-ewwel taqsima il-Ġordan marru fil-vantaġġ minn gowl ta’Al-Naimat Yazan, bil-Korea t’Isfel jiksbu l-gowl tad-draw fid-90 minuta minn awto gowl ta’ Yazan Al-Arab.
Mill-istess grupp rebħa ta’ 1-0 għal Bahrain fuq il-Malasja bil-gowl uniku tal-partita jkun skorjat fil-95 minuta permezz ta’ Ali Madan.
TAZZA TAL-ASJA
Illum: Ġordan v Korea t’Isfel 2-2, Bahrain v Malasja 1-0
Għada: Oman v Thailand 3.30pm, Kyrgyzstan v Arabja Sawdija 6.30pm