Minn Grupp D draw ta’ 2-2 bejn l-Alġerija u l-Burkina Faso. Mohammed Konate fetaħ l-iskor għal Burkino Faso fil-45 minuta qabel Baghdad Bounedjah kiseb id-draw fil-51 minuta. Il-Burkina Faso mill-ġdid fil-vantaġġ mill-ħdax-il metru permezz ta’ Bertrand Traore, qabel reġa’ kien Baghdad Bounedjah li kiseb id-draw għal Alġerija.
L-Angola kisbu rebħ ta’ 3-2 fuq il-Mawritania biex telgħu fl-ewwel post ta’ Grupp D. Gelson Duda fetaħ l-iskor għall-Angola qabel Bouna Amar kiseb id-draw għal Mawritania. Fil-50 minuta reġa’ kien Duda li poġġa’ lill-Angola fil-vantaġġ, b’Gilberto jiftaħ il-vantaġġ għal 3-1. Aboubakary Koita naqqas id-distakk għall-Mawritania għall-skor finali ta’ 3-2.
Draw ta’ 1-1 bejn it-Tuneżija u l-Mali. Kien Lassine Sinayoko li tefa’ lil Mali fil-vantaġġ wara għaxar minuti logħob qabel kien Hamza Rafia li kiseb id-draw għat-Tuneżija fl-20 minuta.
TAZZA TAN-NAZZJONIJIET AFRIKANI
llum: Alġerija v Burkina Faso 2-2, Mawritanja v Angola 2-3, Tuneżija v Mali 1-1
Għada: Marokk v Congo 3.00pm, Zambia v Tanzania 6.00pm, Afrika t’Isfel v Namibia 9.00pm