Futbol Sport

Draw ġust fid-derby bejn Naxxar u Mosta

(Ritratt: Josef Fitpatrick)

Andrè Muscat

NAXXAR LIONS…………0

MOSTA……………………….0

Naxxar Lions : M. Debono, N. Micallef, N. Pace Cocks (M. Fenech 80’), P. Augusto, E. Farias, D. Falzon (Y. Ito 46’), G. Cassar, T. Yamaguchi (R. Rendon 85’), E. Da Conceicao, M. Da Silva, V. Cardoso

Mosta : D. Akpan, T.Shedrack (W. Dagou 35’), A. Gustavo, D. Evans, L. Precious (U. Ihekuna 80’), G. Sciberras (N. Agius 63’), A. Hovhannisyan, A. Dao Ben, J. Vassallo, Z. Brincat (S. Cipriott 63’), K. Tulimieri (N. Christian 63’)

Skorjaw:

Imwissija: V. Cardoso 45+1 (N),

Tkeċċa: P.Augusto 90+1

Referee: Philip Agius

Assistenti Referees: Roberto Vella u Shaun Calleja

BOV Plejer tal-Logħba: P. Tenibe (N)

Il-Mument Plejer tal-logħba: P. Tenibe (N)

Ġewwa l-Istadium Nazzjonali, logħba mill-aktar bilanċjata fid-derby tan-naħa ta fuq ta’ Malta bejn Naxxar u Mosta, iż-żewġ timijiet ħadu punt kull wieħed fi draw ta’ mingħajr gowls.

Tasal l-ewwel azzjoni tal-partita fil-11-il minuta minn Naxxar Lions meta kien Augusto li rċieva kross minn fuq ix-xellug, u bir-ras il-Brażiljan tefa’ l-ballun ftit barra.

Taqsima b’ħafna pusses tal-ballun bejn iż-żewġ timijiet rispettivi, bil-ballun tiela u nieżel tul il-45 minuta, mat-tisfira għal tmiem l-ewwel tqasima mir-referee Philip Farrugia ż-żewġ timijiet daħlu jistrieħu f’parita ta’ 0-0.

Tmien minuti mal-ftuħ tat-tieni taqsima tasal l-ewwel azzjoni, kif ukoll l-ewwel azzjoni tal-Mostin f’din il-partita, meta korner minn fuq il-lemin issib Tenebe li jogħla fuq kulħadd bid-daqqa ta’ ras tiegħu taħbat mal-wieqfa bil-ballun jispiċċa f’idejn Matthias Debono.

Il-Mostin ikomplu jippresaw u fid-59 minuta kien Zachary Brincat li avvanza fil-kaxxa Naxxarija, bil-plejer Mosti jqassam lejn sieħbu Gianluca Sciberras, b’dan tal-aħħar jara’ t-tentattiv tiegħu salvat b’diffikultà mill-goalkeeper Naxxari Matthias Debono.

Fis-70 minuta jerġa’ jkun Tenebe ta’ Mosta li jipprova jiftaħ l-iskor fil-partita iżda x-xutt tiegħu jagħddi ftit barra mil-lasta Naxxarija.

Tasal l-ewwel azzjoni perikoluża għal-Lions, fit-tieni taqsima fit-78 minuta jkun Augusto li jipprova xutt minn barra l-kaxxa b’Akpan attent u jsalva bla problemi.

Fit-80 minuta l-Mostin jerġgħu jersqu viċin li jiftħu l-iskor, meta xutt mix-xellug ta’ Hovhannisyan isib li captain Naxxari Ryan Gilmour fuq il-linja, biex seta’ jtajjar il-periklu mil-lasta tat-tim tiegħu.

Augusto jerġa jkun perikoluż fl-84 minuta meta jara x-xutt tiegħu mdawwar f’korner minn Akpan ta’ Mosta.

Mat-tisfira finali tar-referee Philip Farrugia, iż-żewġ timijiet ħarġu minn dan il-konfront b’punt kull wieħed. Draw li jħalli lin-Naxxarin il’ fuq fil-klassifika, filwaqt li jkompli l-inkwiet fiż-żona relegazzjoni għall-Mostin.