Futbol Sport

Ħamrun Spartans momentarjament weħidhom f’ras il-klassifika

(Ritratt: Joseph Galea)

Andrè Muscat

HIBERNIANS……………………1

ĦAMRUN SPARTANS………2

Hibernians : H. Sacco, K. Shaw, R. Bairam, S. Zuzul, J. Degabriele, B. Kristensen. Z. Grech (A. Radchenko 68’), S. Okoh (B. De Souza 68’), C, Bonanni, G. Bastianos, E. Santo Pereira

Ħamrun Spartans : H. Bonello, S. Borg, L. Montebello (C. Rutjens 78’), J. Mbong, R. Prsa, E, Freitas, U. Duranovic, E. Domingos (J. Corbolan 78’), E. Marcelina (O. Bjelicic 48’), R. Camenzuli, R. Jonny

Skorjaw: S. Borg 22’ (ĦS), R. Camenzuli 85’ (ĦS), J. Degabriele 90+4′ (H)

Imwissija: C, Bonanni 51’ (H), J. Degabriele 60’ (H), R. Bairam 60’ (H), U. Duranovic 60’ (ĦS)

Referee: Glen Tonna

Assistenti Referees: Mitchell Scerri u James Muscat

BOV Plejer tal-Logħba: Steve Borg (Ħamrun Spartans)

Il-Mument Plejer tal-logħba: Luke Montebello (Ħamrun Spartans)

Kif kien mistenni fl-istadium Nazzjonali Ħamrun Spartans ħadu l-punti massimi, bit-tim ta’ Raħal Ġdid iżid il-partiti ingħajr rebħa għal tlieta fil-kampjonat.

L-ewwel azzjoni perikoluża tasal fit-13-il minuta mit-tim ta’ Ħamrun. Kien il-plejer bin-numru 23 Urso Duranovic li nkariga ruħu minn freekick dirett min-naħa xellugija, bl-istess plejer jara’ t-tentattiv b’saħħtu tiegħu jistampa mal-mimduda, biex b’hekk l-iskor baqa’ ma’ nfetaħx.

Kien fit-22 minuta li Ħamrun Spartans żblukkaw ir-riżultat. Korner mill-lemin tal-plejer internazzjonali Malti Luke Montebello, bil-ballun jasal għand il-captain Ħamruniż Steve Borg, li niżżel il-ballun b’finta u b’xutt mill-isbaħ bix-xellugija tefa’ wara l-goalkeeper żgħażugħ Hugo Sacco li t-tentattiv tiegħu kien kollu għalxejn.

Xutt minn madwar sittin metru bogħod tal-Brażiljan ta’ Ħamrun fil-41 minuta, kważi ħasad għall-kollox lil goalkeeper ta’ Hiberinians bil-ballun jagħddi ftit barra minn mal-wieqfa.

Mat-tisfira ta’ tmiem l-ewwel taqsima mir-referee Glenn Tonna, l-Ispartans marru jistrieħu b’vantaġġ minimu ta’ 1-0. Taqsima ddominata mit-tim Ħamruniż bit-tim ta’ Raħal Ġdid nieqes għal kollox mill-azzjonijiet perikolużi.

Tasal l-ewwel azzjoni perikoluża tat-tieni taqsima u l-ewwel waħda fil-partita ta’ Hibernians, meta fit-52 minuta freekick dirett tal-Grieg Bastianos jara’ t-tenttativ tiegħu jagħddi ftit għoli mill-mimduda ta’ Bonello.

Ħamrun viċin li jirdpppjaw fit-68 minuta, b’Jonny Robert jaħrab mil-lemin, jitfa’ kross lejn in-nofs, bil-plejer internazzjonali Malti Luke Montebello jfalli l-mira tiegħu bi ftit.

Freekick mil-lemin ta’ Prsa fil-75 minuta logħob isib lil Hugo Sacco attent li bil-ponn itajjar il-ballun, l-istess ballun jiġi għand Bjelicic, bis-Serb jipprova xutt b’mod mill-aktar akrobatiku biex ra ttentativ tiegħu jispiċċa ftit barra.

L-Ispartans jirdoppjaw fil-85 minuta meta ħarba ta’ Jonny minn fuq ix-xellug jagħti lil Ryan Camenzuli, bl-internazzjonali Malti javvanza ftit passi u minn pożizzjoni angolata jfajjar xutt fuq l-ewwel lasta biex tefa’ l-ballun wara Sacco, u lill-Ħamruniżi preżenti f’delirju ta’ ferħ.

Żewġ minuti fuq il-ħin regolamentari Glen Tonna jsaffar penalty favur Hibernians wara li l-captain Ħamruniż Steve Borg waqqa’ lil Ukren Radachenko fil-kaxxa, inkariga ruħu mill-penalty Jurgen Degabriele li mill-11-il metru ma żbaljax u naqqas id-distakk għat-tim ta’ Raħal Ġdid.

L-isforzi ta’ Hibernians kienu kollha għal xejn, għax mat-tisfirra finali l-Ħamruniżi ħarġu bil-punti massimi sabiex żammew posthom f’ras il-klassifika.

(Ritratt: Joseph Galea)