Lokali Qorti

Jinżamm arrestat wara li ta fastidju lill-eks sieħba

Justin Chetcuti ta’ 30 sena mill-Mosta ġie akkużat li ta fastidju lill-eks sieħba tiegħu b’messaġġi ta’ theddid u insulti, kif ukoll segwiha, talli ma ħallietux ikollu aċċess għal ibnu… li skont il-Qorti kien ilu xahar u nofs ma jarah.

Chetcuti wieġeb mhux ħati, bl-avukat tiegħu jitlob għal ħelsien mill-arrest. Il-prosekuzzjoni oġġezzjonat filwaqt li sostniet li l-akkużat mhux persuna affidabbli u li l-vittma għadha trid tixhed.

L-avukat ta’ Chetcuti sostna li huwa kien qed jipprova jikkomunika mal-omm sabiex jitħalla jara lill-ibnu, li għad għandu sena u tmien xhur.

Il-Qorti ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest.