Lokali

L-ADPD kontra l-iżvilupp propost f’Birkirkara

F’konferenza tal-aħbarijiet li saret dalgħodu, l-ADPD sostniet li l-bini li jkerrah u jtellef il-karatteristiċi uniċi tal-irħula u l-ibliet Maltin għandu jitrażżan u li l-proposti għandhom jirrispettaw lir-residenti u l-ambjent storiku.

L-ADPD fakkret fid-disrispett enormi li kien hemm lejn il-Karkariżi meta ġie propost lukanda minflok ir-residenza ta’ Vincenzo Borg.

Sostniet wkoll hi hu importanti li nieħdu ħsieb l-ispazji miftuħa u żoni ħodor, u li għandu jsir proġett biex jiddentifika postijiet fejn jistgħu jitħawlu iktar siġar direttament fl-art.

L-ADPD qalet li l-iżvilupp se jkerrah u jistona l-bini minħabba li se jkun għola mill-bini tal-madwar. Sostniet ukoll l-importanza li nżommu karatteristiċi u l-istorja tal-irħula tagħha, u mhux nimlew il-but ta xi wħud.