Lokali Qorti

Mixli li ħebb għal uffiċjal tal-pulizija u żewġ irġiel oħra

Sudaniż ta’ 50 sena inżamm arrestat wara li ġie akkużat li weġġa’ ħafif uffiċjal tal-Pulizija, kif ukoll ħebb għal żewġ persuni oħra.

Skont il-Prosekuzzjoni dan seħħ fit-18 ta’ Marzu tas-sena l-oħra fl-għassa tal-Ħamrun.

Hu wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih, filwaqt li l-Maġistrat żammet lill-imputat taħt l-arrest, hekk kif id-Difiża ma għamlet ebda talba għall-ħelsien.