Lokali

“Perikoluż min irid jagħmilha iktar faċli lit-traffikanti u mhux min irid jiddefendi s-soċjetà” – PN

Ritratt: Matthew Tabone

Fi stqarrija l-Partit Nazzjonalista qal li jekk Robert Abela irid verament jisma’ mill-karba tal-poplu għandu minnufih jirtira l-proposta tiegħu li hija mmirata biex tgħin lit-traffikanti tad-droga. Dan għandu jagħmlu biex minflok jilgħab logħba partiġġjana u jgħajjar lil min qed jitkellem fis-soċjetà Maltija, jirtira dak li hu propona mill-aktar fis.

Il-Partit Laburista għandu jieqaf jinħeba fuq il-fatt li hemm white paper u jirtira din il-proposta perikoluża għas-soċjetà tagħna.

Il-Partit Nazzjonalista jibqa’ kommess biex jagħmel pressjoni biex tiġi irtirata din il-proposta.