Ambjent Lokali

Protesta kontra proposta ta’ blokka appartamenti f’Santa Luċija

Mal-1500 familja jinsabu ferm imħassba dwar l-iżvilupp propost f’ Santa Lucija propju fil-post fejn illum il-ġurnata hemm għalqa – u għalhekk niżlu bi protesta organizzata mill Kunsill fit-toroq.

F’din iż-żona fit-triq Katerina Vitale, għadu kif ġie propost peremess biex tkun tista’ tinbena blokka apartamenti  ta’ sitt sulari. Din il-protesta favur dan l-ispazju miftuħ kienet indirizzata mill-kunsilliera kollha tal-kunsill. Flimkien ma’ dawn il-kelliema kien hemm ukoll residenti li jinsabu frustrati rigward dan l-izvillup kif tkellmu magħna huma stess.

Dan l-iżvilupp propost qajjem kwistjoni enormi hekk kif l-għoli u l-volum tiegħu se jkun tant massiv li jdallam l-akwati, hekk kif dan ir-raħal pitoresk mhux l-ewwel darba li safa taħt din it-tehdida tal-kostruzzjoni hekk kif is-sena l-oħra triq il-bogħod propju f’triq il-ġibjun sfat mhedda ukoll.

Il-Kunsilier Liam Sciberras saħaq kif il-Problema ta’ rebgħa tal-flus qed tħalli impatt negativ fuq ir-residenti hekk kif se jkompli jintilef spazju miftuħ, telf ta’ parkeġġ u iktar konġezzjoni ta’ traffiku.

Intant l-iżvilupaturi f’stqarija harġu kif Il-proġett huwa żvilupp komprensiv li jaderixxi mal-policies ta’ Malta għal akkomodazzjoni ta’ kwalità, parkeġġ abbundanti, u spazju miftuħ pubbliku. Kuntrarju għal dak li qed jingħad, l-art hija proprjetà privata u allokata għall-iżvilupp mill-2006.

Il-proġett se jżid 425 metru kwadru ta’ spazju miftuħ għal użu tal-pubbliku, miżmuma mill-iżviluppaturi bi spejjeż tiegħu. Il-proġett huwa mdawwar b’appartamenti tal-gvern u bini ieħor ta’ bejn erba u sitt sulari. L-istqarija hija tweġiba għal protesta u titlob għal informazzjoni preċiża u teħid ta’ deċiżjonijiet tajjbin.