Futbol Sport

Rebħa minima għal Sliema fuq Sirens

(Ritratt: Josef Fitzpatrick)

SIRENS …………………………….. 0

SLIEMA WANDERERS ……. 1

Sirens: A.Cassar, H.Gomda, N.Pulis, C.Agyemang, H.Akadom, A.Cini, B.Asare, S.Borg, K.Donsu, G.Carrara, D.Agius

Sliema W.: R.AL Tumi, J.Borg, J.Minala, V.Plut, M.Beerman, G.Alcino, E.Agius, D.Damsen, M.Bernardo, G.Acheampong, M.Awad

Referee: D.Agius

Assistenti Referees: D.Spencer, P.Apap

Fit-Tony Bezzina Stadium rebħa oħra għal Sliema Wanderers kontra Sirens bl-iskor minimu ta’ 1-0, f’partita nieqsa mill-azzjonijiet.

Sirens setgħu marru fil-vantaġġ fis-7 minuta meta Kwasi Donsu naqas milli jiskorja il-penalty tiegħu mill-ħdax -il metru, bit-tentattiv ikun salvat minn Rashed Al Tumi.

Il-gowl uniku tal-partita wasal fil-64 minuta meta Christ Kuoao żmarka lil Mohamed Awad, li mill-viċin xeħet fix-xibka għal 1-0.

B’hekk Sliema saħħew posthom fit-tielet post tal-klassifika bi 28 punt filwaqt li Sirens baqħgu fl-aħħar post tal-klassifika b’6 punti.