Lokali

Sewwieq ta’ mutur bi ġrieħi gravi wara inċident fil-Munxar

Is-Sibt għall-ħabta ta’ nofsinhar, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq il-Puniċi, il-Munxar.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li seħħet ħabta bejn mutur Yamaha Crypton misjuq minn mara ta’ 24 sena u Nissan Qashqai misjuqa minn raġel ta’ 71 sena. Iż-żewġ sewwieqa huma residenti l-Munxar stess.

Is-sewwieq tal-mutur ingħatat l-għajnuna minn tim mediku u ttieħdet l-Isptar Ġenerali t’Għawdex b’ambulanza, fejn ġiet iċċertifikata bi ġrieħi gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.