Futbol Sport

Valletta jirritornaw għar-rebħ kontra Gudja United

(Ritratt: Josef Fitzpatrick)

GUDJA UNITED …. 0

VALLETTA …………… 3

Gudja U: J.Spiteri, M.Esposito, Z.Grech, A.Brenner, R.Mango, M.Muchardi, S.Attard (R.Nanitelamio 60′), S.Owusu, A.Friggieri, G.Mensah (E.Gentile 78′), G.Zammit (I.Salis 46′)

Valletta: A.Guarnone, E.Ruiz, V.Luiz, J.Bolanos, N.Micallef, F.Barrientos, (A.Ferraris 83′), B.Paiber, S.Dimech (J.Azzopardi 72′), J.Benites (D.Cardoso 79′), F.Falcone

Referee: M.Spiteri

Assistenti Referees: J.Spiteri, M.Muscat

Fit-Tony Bezzina Stadium Valletta irritornaw għar-rebħ u ħadu ftit tan-nifs wara serje ta’ riżultati negattivi, b’rebħa ta’ 3-0 fuq Gudja United.

Valleta fetħu l-iskor wara tliet minuti meta il-cross ta’ Victor Luiz kien imxellef minn Ricardo Mango u xeħet fix-xibka tiegħu għal 1-0.

Valletta rduppjaw ftit qabel tmiem l-ewwel taqsima meta Shaun Dimech għadda cross tajjeb lejn Federico Falconeli bir-ras xeħet wara Justin Spiteri għal 2-0.

It-tielet gowl ta’ Valletta wasal fit-83 minuta meta kien Diego Cardoso li kkonkluda fix-xibka għal 3-0.

B’hekk Valletta telgħu fid-disa’ post tal-klassifika b’14-il punt filwaqt li Gudja baqgħu fit-13-il post b’6 punti.