FLORIANA………0
GŻIRA U………….1
Floriana: G. Kitanov, O. El Hasni, M. Veselji, J. Arias (J. Busuttil 77′), M. Sousa, O. Spiteri (K. Nwoko 85′), M. Garcia, C. Zammit Lonardelli (L. Alves 64′), L. de Grazia (D. Vella 64′), M. Valadzko, A. Kouro.
Gżira United: D. Zarkov, G.l Bohrer, T. Aldama, Z. Scerri, M.Dias, L. Ribeiro (C. Filho 82′), L. Riascos, F. Zuniga, B. Borg (A. Borg 82′), T. Espindola, J.n. Mendoza.
Skorjaw: T. Aldama 44′ (G)
Imwissija: M. Valadzko 20′, G. Kitanov 38′, L. De Grazia 43′ (F), L. Riascos 40′, T. Aldama 45′, Z. Scerri 80′, T. Espindola 90+6′ (G)
Referee: Fyodor Zammit
Assistenti Referees: Alan Camilleri u Robert Curtis
BOV Plejer tal-Logħba: Z. Scerri (Gżira United)
Il-Mument Plejer tal-logħba: T. Aldama (Gżira United)
Floriana tilfu ċ-ċans li jżommu l-pass ma’ Ħamrun u jtemmu l-ewwel round bħalhom fl-ewwel post, hekk kif fit-Tony Bezzina Stadium huma spiċċaw fuq in-naħa telliefa kontra Gżira United. L-eroj tal-Gżirjani kien Thaylor Aldama li bil-gowl tiegħu ftit qabel il-mistrieħ waqqaf il-mument negattiv ta’ erba’ telfiet fil-kampjonat u ta rebħa importanti lill-Maroons.
L-ewwel azzjoni tal-partita waslet wara 5 minuta meta Veselji għal Floriana impenja lil goalkeeper Zarkov li laqa’ b’ċertu diffikultà.
Man-nofs siegħa logħob Noguguriera jagħmel l-impossibli u minn taħt il-lasta tefa’ barra.
Reazzjoni minn Gżira li ftit wara x-xutt ta’ Macula jgħaddi ftit barra.
Hekk kif iż-żewġ timijiet dehru dieħlin jistrieħu fi draw ta’ mingħajr gowls, Thaylor Aldama żmarka ruħu tajjeb u bl-aktar mod eleganti qabbeż minn fuq Kitanov u fix-xibka biex l-ewwel taqsima ntemmet 1-0 favur it-tim immexxi minn Andrew Cohen
Minkejja s-sostituzzjonijiet li għamel Camornaesi, kowċ ta’ Floriana, il-Greens ma rnexxielhomx jippenetraw id-difiża ta’ Gżira lanqas fit tieni taqsima biex b’hekk issa jibdew it-tieni round fit-tieni post, tliet punti taħt il-leaders Ħamrun Spartans.
//= $special ?>