Lokali

Grupp ta’ Maltin b’missjoni fil-Kolumbja b’risq tfal morda

Grupp ta’ Maltin bħalissa jinsabu l-Kolumbja biex jagħmlu dik li tissejjaħ il-‘Lost City Track’, avventura li l-għan ewlieni tagħha hu sabiex jgħinu tfal jagħmlu l-cleft lip operation.

Din il-belt li tinsab fis-Sierra Nevada de Santa Marta fil-Kolombja tikonsisti f’mixja kontinwu li toffri bosta sfidi fiżiċi u anke dawk mentali, hekk kif dan il-group Malti se jkun qiegħed jimbarka fuq din l-avventura eżotika.

Net News tkellem ma’ Keith Marshall li huwa parti mid-delegazzjoni Maltija fejn tana iktar dettalji dwar din l-avventura ġdida u unika, avventura li matulha se jkunu qed jigħnu għexieren ta’ tfal Kolumbjani.

Kull intervent ta’ cleft lip operation jiswa madwar €800 fejn b’kollox sa issa inġabar l-ammont għal madwar 60 operazzjoni li jfisser 60 tifel jew tifla se jkunu qed jiġu mogħtija ċ-ċans biex ikunu jistgħu jgħixu ħajja iktar komda.