“Ejjew naħdmu sabiex flimkien inwasslu l-appelli taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin, sabiex verament l-għajta ta’ poplu tasal fl-ogħla istituzzjonijiet tal-pajjiż.”
Sostna dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech meta eżatt wara l-intervista li saritlu fil-Każin tal-Partit Nazzjonalista fis-Siġġiewi huwa iltaqa’ ma’ diversi nies fejn esprimew it-tħassib tagħhom bis-sitwazzjoni preżenti…iżda fl-istess waqt waslulu messaġġi ta’ kuraġġ u ringrazzjament tal-ħidma kontinwa għal ġid tal-familji Maltin u Għawdxin.
Bernard Grech żar diversi każini u ħwienet fejn lkoll spjegawlu l-isfidi li l-lokalità qed tħabbat wiċċha magħha fosthom it-theddida ta’ impjant ta’ tarmac biswithom kif ukoll l-kwistjonijiet ambjentali u ta’ indafa.
Dan filwaqt li ma naqsux l-ilmenti dwar is-sitwazzjoni preżenti f’dak li għandu x’jaqsam is-settur tas-saħħa u l-isfida qawwija tal-għoli tal-ħajja.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista insista li flimkien mad-Deputati Nazzjonalisti u l-voluntiera li ta’ kuljum qed jersqu qrib il-partit, se jkompli bil-ħidma għal lokalitajiet xierqa, għall-ġid taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin.
//= $special ?>