Serb ta’ 36 sena, residenti l-Wardija baqa’ miżmum taħt arrest wara li kien mixli bl-importazzjoni ta’ 12-il kilo cannabis grass minn Pozzallo, fi Sqallija. Nemanja Bozin spiċċa arrestat malli wasal Malta permezz tal-Katamaran nhar il-Ġimgħa, 19 ta’ Jannar.
Bozin qal lill-Qorti li xogħlu hu li jnaddaf id-dgħajjes. Hu wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjubin kontrih imma ma talabx għall-ħelsien mill-arrest permezz tal-avukat tiegħu Roberta Bonello Felice. Il-Pulizija qalet li kellha nformazzjoni li persuna kienet se tasal Malta bid-droga minn Sqallija.
Għalhekk mill-ewwel skattaw l-investigazzjonijiet fejn anke nbagħat kelb biex jgħin lill-Pulizija bix-xamm tiegħu – bl-uffiċjali tad-Dwana wkoll kien ġiehom suspett fil-karozza li kien fiha d-droga. Fuq in-naħa ta’ quddiem u anke fil-ġemb ta’ wara ta’ wara nstabet id-droga moħbija f’komportamenti foloz.
Waqt t-tfittxija nstabu diversi pakketti bl-imsemmija droga li b’kollox kienu jammontaw għal 12-il kilo Bozin ġie akkużat b’pussess, importazzjoni u assoċjazzjoni ta’ droga bi skop ta’ traffikar. Il-Qorti laqgħet it-talba tal-prosekuzzjoni għall-iffriżar tal-assi tal-imputat. Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Mark Anthony Mercieca u John Leigh Howard.
//= $special ?>

