Fi Stadio Via Del Mare Juventus kisbu rebħa ta’ 3-0 fuq Lecce biex b’din ir-rebħa telgħu fl-ewwel post tal-klassifika bi 52 punt, fejn lagħbu partita aktar minn Inter. Juventus fetħu vantaġġ doppju fi-59 u fit-68 minuta minn doppjetta ta’ Dusan Vlahovic, qabel kien Gleison Bremer li għalaq il-partita bit-tielet gowl għall-bianconeri.
Fi Stadio Arechi Salernitana kienu megħluba f’darhom minn Genoa bl-iskor ta’ 2-1. Kienu Salernitana li fetħu l-iskor fit-2 minuta b’gowl ta’ Agustin Mertegani wara li rċieva mingħand Domagoj Bradaric. Genia kisbu d-draw fit-13-il minut minn Mateo Retegui, qabel fit-58 minuta kien Albert Gudmundsson li mill-ħdax-il metru ma żbaljax għal skor finali ta’ 2-1.
SERIE A
lllum: Frosinone v Cagliari 3-1, Empoli v Monza 3-0, Salernitana v Genoa 1-2, Lecce v Juventus 0-3
SUPER CUP
Għada: Napoli v Inter 8.00pm