Lokali Saħħa

“L-investiment li kellu jsir spiċċa qatt ma sar” – Martin Balzan

Il-flus li jiġġenera l-pajjiż għandhom jintefqu b’għaqal u s-saħħa taċ-ċittadini trid tkun prijorità għalhekk hemm bżonn ta’ investiment fl-infrastrutura, fi swali u f’apparat adegwat.

Dan sostnieh Martin Balzan, il-President tal-Assoċjazzjoni tat-Tobba Maltin, f’kummenti li ta’ lil-gazzetta ILLUM, hekk kif kompla jgħid li l-investiment li suppost kellu jsir spiċċa qatt ma sar.

Balzan żied ukoll li importanti li naraw ukoll kif se tkun qed tikber il-popolazzjoni fi żmien li ġej.

Waqt li aċċenna wkoll għal fatt li bħalissa l-pazjenti qed jispiċaw jitpoġġew f’postijiet mhux adegwati, bħal ma huma tliet iswali li suppost jintużaw biss f’każ ta’ emerġenza nazzjonali bħal terremot. Xi ħaġa li qed tiġri b’mod regolari u għalhekk fi kliem Martin Balzan hija indikazzjoni ċara li hemm problema ta’ nuqqas ta’ spazju.

Dwar dan in-nuqqas ta’ spazzju f’Mater Dei tkellem ukoll Franco Mercieca, eks segretarju Parlamentari tal-Partit Laburista u kirurgu, li ammetta li fi żmien qasir l-Isptar Mater Dei ‘ġie żgħir’ u għalhekk l-isptar dejjem qed ikun mimli pazjenti.

Mercieca minn naħa tiegħu issuġerixa li sabiex l-isptar jibqa jakkomoda u jilqa’ fih il-pazjenti hemm bżonn pjan ta’ tkabbir fis-servizzi kif ukoll estenzjoni ta’ Mater Dei f’postijiet alternattivi.

Madanakollu skond Jo Ettiene din hija sitwazzjoni hi impossibli li tissolva

Ta’ minn ifakkar li l-isptar Mater Dei bħalissa mhux biss għandu waiting list twila talli hemm waiting list oħra biex pazjenti jkunu jistgħu jingħataw sodda meta jiġu ‘admitted’.

Filfatt sa Mejju tal-2023, kien hemm stennija ta’ 8,454 opperazzjoni kirurga fi 11-il speċjalizzazjoni medika bħal dik kardjika, ortopedika u newroloġika fost oħrajn.

Pero il-problema fis-settur tas-saħħa tmur lil hinn minn hekk, hekk kif numru ta’ Maltin u Għawdxin qed jibqgħu mingħajr il-mediċina li tant hi essenzjali għalihom, fil fatt  preżentament 250 mediċina hija out of stock.

Dan kollu filwaqt li d-Deputat Nazzjonalista Stephen Spiteri sostna li sabiex jittaffa l-piż minn fuq is-servizz nazzjonali hemm bżonn ta’ outsourcing. Hu spjega wkoll li l-Isptar San Luqa kellu jservi ta’ spalla għall-Isptar Mater Dei madanakollu dan qatt ma ġie rinnovat…f’każ li sal-lum il-Partit Nazzjonalista għadu jissielet sabiex il-poplu jieħu flusu lura.

Intant,  huwa sostna li ninsabu f’sitwazzjoni ta’ tard wisq b’immaniġġjar ta’ sodod li qed toħloq problemi kbar lill-Isptar Mater Dei…mingħajr għajnuna adegwata.