Liverpool fetħu vantaġġ ta’ ħames punti f’ras il-klassifika hekk kif għelbu lil Bournemouth bl-iskor ta’ 4-0. Huma fetħu l-iskor b’gowl ta’ Darwin Nunez fid-49 minuta b’Diogo Jota jiskorja doppjetta personali fis-70 u fid-79 minuta rispettivament bir-raba’ gowl jasal minn Darwin Nunez.
Fi Bramall Lane draw ta 2-2 bejn Sheffield United u West Ham biż-żewġ timijiet itemmu l-partita b’għaxar plejers. Kienu West Ham li fetħu l-iskor fit-28 minuta meta Maxwel Cornet apporfitta minn indeċiżjoni fid-difiża ta’ West Ham u xeħet fix-xibka għal 1-0. Sheffield United kisbu d-draw minuta qabel tmiem l-ewwel taqsima meta kien Ben Bereton Diaz li xeħet wara Areola għal 1-1.
West Ham għal darb’oħra fil-vantaġġ fid-79 minuta meta kien James Ward Prowse li mill-ħdax-il metru ma żbaljax għal 2-1. Fit-93 minuta tkeċċa Rhian Brewster għal Sheffield United filwaqt li ħames minuti wara tkeċċa Vladimir Coufal għal West Ham. Biex fl-aħħar minuta tal-partita Sheffield Unnited ingħataw penalty u mill-ħdax-il metru kien Oliver McBurnie li assigura minn draw drammatiku għal Sheffield United.
PREMIER LEAGUE
Ilbieraħ: Arsenal v Crystal Palace 5-0, Brentford v Nott Forest 3-2
Illum: Sheff Utd v West Ham 2-2, B’Mouth v Liverpool 0-4
Għada: Brighton v Wolves 8.45pm