Futbol Sport

Rebħa importanti għal Santa Lucia fuq Birkirkara

(Ritratt: Joseph Galea)

BIRKIRKARA ……………. 1

SANTA LUCIA …………. 2

Birkirkara: M.Zaptowski, E.Pepe, A.Zammit, K.Zammit (Q.De Jesus 61′), A.Satariano, M.Pena Beltre, A.Coppola, S.Zibo, A.Diakite, M.Maia, A.Ciolacu

Sta Lucia: F.Da Paz, M.Ellul (A.Temitope 61′), S.Pisani (J.Valletta 87′), T.Nagamatsu (A.Piazza 25′), A.Bradshaw (S.Xerri 87′), J.Pisani, A.Mrdja, N.Virano, F.Santiago, E.Gomes

Referee: A.Scriha

Assistenti Referees: L.Portelli, K.Saliba,

Fis-Centenary Stadium rebħa importanti għal Santa Lucia fuq Birkirkara bl-iskor ta’ 2-1, biex b’hekk qawwew it-tamiet tagħhom fit-12-il post tal-klassifika bi 12-il punt, b’Birkirkara jibqgħu fil-ħames post tal-klassifika b’20 punt.

Santa Lucia fetħu l-iskor fil-21 minuta meta kien Tatsuro Nagamatsu li approfitta minn indeċiżjoni fid-difiża u xeħet fix-xibka għal 1-0. Birkirkara irreaġixxew tliet minuti wara meta minn cross kien Andrea Ciloacu li kkonkluda fix-xibka għal 1-1.

Santa Lucia skorjaw il-gowl tar-rebħa fil-41 minuta meta kein Alessio Piazza li b’xutt b’saħħtu xeħet wara Zapytowski għal 2-1.