Lokali

Robert Abela jinjora għal kollox il-kriżijiet li ġab hu stess

Tlett ijiem wara li ħabbar li l-privat se jkun qiegħed iroħħos xi prodotti tal-ikel minn fuq l-ixkafef tal-istabbilimenti tal-merċa…f’attività politika f’Għawdex il-Mexxej Laburista injora għal kollox il-kriżijiet li fl-aħħar xhur u ġimgħat xeħet liċ-ċittadini Maltin u Għawdxin.

Abela ftaħar bil-patt ta’ roħs fi 15 –il tip ta’ prodott tal-ikel li ħabbar il-Ħamis li għadda…. U kompla jinjora għal kollox dak żvelat mill-MEA…ċioè l-€40 miljun li qiegħed jaħtaf il-Gvern tiegħu stess mit-taxxa tal-Cola xi ħaġa li l-Assoċjazzjoni ta’ min iħaddem iddeskriviet bħala inġusta quddiem l-isfidi li qed jaffaċċjaw il-familji Maltin u Għawdxin.

Il-Partit Nazzjonalista u diversi imsieħba soċjali ilhom xhur sħaħ jisħqu li l-COLA m’għandhix tiġi intaxxata… b’Abela jibqa’ jinjora l-appelli.

Surrealment Abela sostna li fil-lista ta’ ikel intgħażlu l-aktar prodotti li jikkonsma ċ-ċittadini minkejja li fl-aħħar jiem diversi esperti sostnew li huwa ironiku kif  hemm diversi prodotti li tħallew barra bħal ħobż, ħalib frisk, bajd, frott u l-ħaxix frisk, żejt, ġobon u prieżet.

Il-Prim Minsitru naqas ukoll milli jindirizza t-taħsib tan-nies dwar il-proposti b’rabta mar-riforma fil-Qorti tad-Droga li ġew imħabbra fl-aħħar ġimgħa u li qajmu inkwiet kbir għal ġenituri ta’ tfal u żgħażagħ.

Żidiet deskritti mill-esperti fil-qasam bħala esaġerati…żidiet li wara li ġew imbuttati b’tant pompa..issa Abela evita milli jindirizza kompletament.

Robert Abela naqas milli jindirizza l-problemi kbar li hemm fis-settur tas-saħħa – bin-nuqqas ta’ spazju li hemm fl-isptar Mater Dei minħabba l-isplużjoni fil-popolazzjoni… liema sitwazzjoni tirriżulta f’waiting lists ma jispiċċaw qatt, nisa tqal jintalbu jibqgħu id-dar sal-aħħar minuta possibbli, operazzjonijjiet maġġuri jitħassru għal darba darbtejn tlieta, u mediċini out-of-stock bil-lista dejjem tiżdied.

Abela nesa l-istudenti li fl-aħħar ġranet ħarġu jipprotestaw minħabba li sal-lum għadu ma ntlaħaqx ftehim bejn il-Gvern u l-MUT – Ftehim li ilu li skada sentejn – u kaġun ta’ dan in-nuqqas ta’ qbil qegħdin ibatu l-istudenti.

Minflok indirizza it-tħassib tan-nies …. b’wiċċ mill-quddiem Robert Abela spiċċa jiftaħħar bi progetti illi suppost ilhom li tlestew snin ilu iżda minħabba t-tkaxkir tas-saqajn ta’ Gvern Laburista għadhom ma tlestewx.

Dan filwaqt li f’Għawdex stess Abela ma semma xejn dwar il-blokka flats li l-Gvern m’għadu ebda problema li tinbena ħdejn it-tempji megalitici tal-Ggantija li qajmet kotroversja sħiħa minħabba r-riskju li dawn it-tempji jitilfu l-istatus ta’ patrimonju dinji tal-UNESCO….u ironikament, ftit tal-jiem ilu xeħet responsabbli mill-ippjanar lil Ministru għal Għawdex…Clint Camilleri.