Illum fil-5.15 pm fuq Net Television, jixxandar it-13 il- programm SPORT EXTRA bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli.
Fit-tielet programm għas-sena 2024, fl-ewwel parti il-mistieden huwa ROBERT PORTELLI, President tal-Malta Rugby Football Union. Dettalji dwar il-Kampjonat tar-rugby ta’ din is-sena kif wkoll l-impenji tat-timijiet nazzjonali tar-rugby u l-iżvilupp ta’ Rugby 7s.
Fit-tieni parti tal-programm il-mistieden principali huwa l-awtur PAUL GRECH u l-ktieb b’rabta mat-Tazza tad-Dinja tal-1970 : Echoes of an Italian Summer. Dettalji u kurżitajiet matbuta mal-Italia90 b-dettal u deskrizzjoni li jgħamlu l-ktieb ta’ Paul Grech uniku fix-xejra tiegħu.
Matul il-programm servizzi fit-taqsima Ġimgħa ta’ Sport fosthom tislima lil Tony Formosa ,record nazzjonali tat-triple jump indoor minn Rachela Pace kif wkoll l-organizazzjoni tal-Final4 tac-Champions League tal-waterpolo li se ssir Malta.
Sport Extra għandu preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli filwaqt li l-assistenta tal-produzzjoni hija għal darb’oħra Samira Cachia Spiteri u filmati minn Liam Briffa u Joe Sultana.
//= $special ?>