Lokali

Stħarriġ li sar mit-Times of Malta juri li r-roħs fil-prezzijiet ser jinħass ftit li xejn

L-iskema ta’ roħs fil-prezzijiet illi ġiet mħabbra mill-Gvern fil-ġranet li għaddew, laħqet kritikka qawwija minn diversi esperti fil-qasam. Dan għaliex fil-verità – l-effett ta’ dan ir-roħs ftit se jinħass mill-Maltin.

L-esperti spjegaw li hekk huma biss 15 il-tip ta’ prodott li mistennija jorħsu fi stabbilimenti li se jissieħbu f’din l-iskema. Fost oħrajn ċips, brokkli, spinaċi u piżelli friżati. Dan filwaqt illi ħafna affarijiet tħallew barra minn din il-lista, fosthom il-ħobż u l-ħalib frisk, bajd, żejt, butir, ġobnijiet, prieżet, ħaxix u frott frisk…u affarijiet essenzjali oħrajn.

Stħarriġ illi sar mit-Times of Malta jindika nuqqas kbir f’din l-iskema. Diversi supermarkets kbar diġà għandhom prodotti tal-ikel varji bi prezz ridott… allura l-bidla fil-prezz se tkun verament minima… peress illi l-pjan tal-Gvern hu li jkun hemm roħs ta’ 15% fuq il-prezz  rakkomandat.

L-eżerċizzju ibbażat fuq informazzjoni mogħtija minn esperti fl-industrija, sab li filwaqt li xi oġġetti diġà jiswew lill-konsumatur ferm inqas mill-15% roħs illi ħabbar il-Gvern, oħrajn huma pprezzati f’livelli simili għat-tnaqqis ippjanat ta’ 15%, bħal tipi differenti ta’ crackers, tonn taz-zejt u ħalib longlife illi kollha jistgħu jinstabu bi prezzijiet kemmxejn orħos mit-tnaqqis ippjanat f’diversi supermarkets kbar madwar Malta u Għawdex.

B’dawn il-prezzijiet imraħħsa, komplew l-esperti, xorta waħda l-familji Maltin u Għawdxin qed iħossu d-daqqa tal-għoli tal-ħajja.

Sadanittant, prodott bażiku ieħor li huwa l-għaġin … diġà insibuħ bi prezz ferm inqas mill-prezz rakkomandat ta’ 15% fil-mija, dan hekk kif preżentament tipi differenti ta’ għaġin jiswew bejn 30% u 40% inqas mill-prezzijiet rakkomandati.

Intant … affarijiet bażici li jintużaw kuljum, bħal bjad, ħobż, tiġieg, zejt, zalzett u prieżet, ċerejali, ħelu, ross, bottijiet tal-preserved, u ikel tal-annimali  m’humiex inklużi f’dan ir-roħs, u għalhekk mhux mistennija li jorħsu.

Dan apparti li lanqas prodotti friski bħal frott u ħaxix li huma essenżjali li wieħed ikollu fid-dieta tiegħu sabiex iħawwar platt sħun bħal minestra, soppa tal-armla, u kusksu m’humiex inkluzi fl-iskema ta’ roħx fil-prezzijiet …. Filwaqt li lanqas il-lunch tipiku għat-tfal..ċioè  ħobża perżut u ġobon b’laqgħa butir… għat-tfal m’hu se jorħos għaliex l-ebda oġġett imsemmi ma hwua se jorħos.

Apparti minn hekk, hemm id-detergents, nappies, karta iġenika, u oġġetti għall-kura personali – kollha mhux se jorħsu.