Kienet ta’ suċċess id-19-il edizzjoni ta’ Festa taċ-Ċitru f’Ħal Lija organizzata mill-Kunsill Lokali matul il-jum tas-Sibt.
Festa għal familja kollha hekk kif dawk preżenti setgħu japprezzaw kemm l-artiġjanat Malti kif ukoll jattendu numru ta’ diskussjonijiet dwar kif tikkultiva l-pjanti taċ-ċitru.
Festa li kienet ukoll b’risq ir-restawr tal-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Lija, kif spjegalna sew is-Sindku Anthony Dalli.
Waqt din il-festa kien hemm għal bejgħ varjeta ta’ citru fosthom larinġ, lumi, lumi larinġ u anka larinġ tad-demm, pero mhux biss hekk kif kien hemm ukoll għal bejgħ varjeta ta’ ħelu biċ-ċitru u anka jam bil-kumkwat.
Dawk li attendew spegawlna li huma jiħdu gost jattendu għal din l-attività kemm għax ikun hemm sens sabiħ ta’ komunità kif ukoll sabiex ikunu jistgħu igawdu mit-tjubija tal-ikel u l-ħelu biċ-ċitru.
Matul din il-festa kien hemm ukoll it-tberik tal-annimali, li bosta minn dawk li attendew ipparteċipaw fiha billi ħadu l-annimali tagħhom, minn klieb sa għasafar… minn ponies sa fkieren.
//= $special ?>