Futbol Sport

Tazza tal-Asja: L-Arabja Sawdija mal-aħħar sittax b’rebħa fuq il-Krygyzstan

L-Arabja Sawdija għelbu lil Kyrgyzstan bl-iskor ta’ 2-0 biex b’hekk assiguraw mill-kwalifikazzjoni tagħhom għall-fażi tan-knockout. Huma marru fil-vantaġġ permezz ta’ Mohammed Kanno fil-35 minuta qabel kien Faisal Al-Ghamdi li fl-84 minuta rdoppja għalihom. Il-Kyrgyzstan spiċċaw jilagħbu b’disa’ plejers hekk kif tkeċċew għalihom Aizar Akmatov u Kimi Merk.

Minn Grupp F ukoll draw ta’ mingħajr gowls bejn l-Oman u t-Tajlandja biex b’hekk it-Tajlandja jinsabu l-favoriti li jgħaddu flimkien mal-Arabja Sawdija.

TAZZA TAL-ASJA

Ilbieraħ: Oman v Tajlandja 0-0, Kyrgyzstan v Arabja Sawdija 0-2
Illum: Qatar v Ċina 4.00pm, Tajikistan v Libanu 4.00pm