Futbol Sport

Tazza tan-nazzjonijiet Afrikani: Żewġ partiti jintemmu fi draw minn Grupp F… L-Afrika t’Isfel b’rebħa komda fuq in-Namibja

Kollox miftuħ fi Grupp F hekk kif il-Marokk kienu miżmuma fi draw ta’ 1-1 mill-Congo. Achraf Hakimi poġġa’ lill-Marokk fil-vantaġġ fis-6 minuta qabel kien Katompa Mvumpa li kiseb id-draw għall-Congo fis-76 minuta.

Draw ieħor ta’ 1-1 bejn iż-Żambja u t-Tanżanija. It-Tanzanija marru fil-vantaġġ fil-11-il minuta permezz ta’ Simon Msuva, biż-Żambja jiksbu d-draw fis-86 minuta minn Patson Daka.

L-Afrika t’Isfel b’rebħa komda ta’ 4-0 fuq in-Namibja. Huma fetħu l-iskor minn penalty ta’ Tau fl-14-il minuta, qabel doppjetta ta’ Themba Zwane għamlithom 3-0 qabel tmiem l-ewwel taqsima. Ir-raba’ gowl wasal permezz ta’ Thapelo Maseko.

TAZZA TAN-NAZZJONIJIET AFRIKANI

Ilbieraħ: Marokk v Congo 1-1, Zambia v Tanzania 1-1, Afrika t’Isfel v Namibia 4-0
Illum: E.Guinea v Kosta tal-Ivorju 6.00pm, G.Bissau v Niġerja 6.00pm, Cape Verde v Eġittu 9.00pm, Możambik v Ghana 9.00pm