Futbol Sport

Gowl lejn it-tmiem ta’ Martinez jagħti l-ewwel unur tal-istaġun lil Inter

(Ritratt: EPA)

F’Riyadh, Inter rebħu l-ewwel unur tal-istaġun meta fis-Super Cup Taljana għelbu lil Napoli bl-iskor ta’ 1-0, bil-gowl ikun skorjat fl-aħħar minuti tal-partita.

F’partita bilanċjata, Napoli kellhom jilagħbu aktar minn nofsiegħa bi player anqas meta fis-60 minuta tkeċċa l-attakkant Giovanni Simeone wara li ntwera’ t-tieni karta safra. Il-gowl ta’ Inter wasal fil-91 minuta, meta minn cross ta’ Benjamin Pavard kien l-attakkant Lautaro Martinez li xeħet wara Pierluigi Gollini biex b’hekk ta dan l-unur lil Inter għat-tielet sena konsekuttiva u t-tmien darba fl-istorja tal-klabb.