Ir-Royal Malta Yacht Club nhieda l-kalendarju tal-2024 bl-ewwel avveniment tal-EurILCA Masters Series li hija serje ta’ regatti li jsiru matul is-sena f’diversi postijiet madwar l-Ewropa u miftuħa għall-baħrin ‘il fuq minn 30 sena.
L-avveniment kien organizzat f’Malta għar-raba’ darba. Filwaqt li l-ewwel ġurnata ta’ kompetizzjoni kienet karatterizzata minn temp ħażin u u xitwi, iż-żewġ flotot – ILCA 6 u ILCA 7 ikkompetew fi tliet tiġrijiet. It-tieni jum rat riħ mill-Majjistral jolqot il-korsa, u b’imbatt moderat li kien ta’ sfida fuq tliet tiġrijiet.
L-aħħar ġurnata rat temp xemxi iżda r-riħ naqas matul il-ġurnata fejn il-Kumitat tat-Tlielaq għamel tibdil fil-korsa bejn l-ewwel u t-tieni tigrija.
Il-Klassi ILCA 6 rat lil Ian Jones tar-Renju Unit b’rebħa miksuba fl-aħħar ġurnata tat-tiġrijiet peress li punt biss isseparah mir-rebbieħ tal-Klassi tal-2023 Niall Peelo tar-Renju Unit. Jones rebaħ b’ħames punti distakk fuq Peelo li temm qabel Max Hunt wkoll tar-Renju Unit.
Ir-rebbieħ tal-Klassi ILCA 7 kien Mark Lyttle tar-Renju Unit li rebaħ fuq Andrey Malygin tal-Moldova filwaqt li Alan Davis tarf-Renju Unit temm fit-tielet post.
Il-premjijiet lir-rebbieħa ingħataw minn David Cremona, Commodore tar-Royal Malta Yacht Club , Michael Mifsud, Kap Eżekuttiv – Yachting Malta u Trevor Millar, Fundatur Sailcoach.
//= $special ?>