L-Awstralja iddeċidiet li twaqqaf l-iskema tal-bejgħ tal-passaporti li kienet qed tagħti aċċess għal dħul f’dan il-kontinent, bil-Gvern Awstraljan jgħid li l-famużi ‘Golden Visas’ kienu qed iħallu “effetti ekonomiċi dgħajfin ħafna”.
Ħafna kienu kritiċi għall-fatt li l-Awstralja kienet qed taċċetta li jidħlu sinjuruni kbar b’passat xejn sabiħ; inkluż Ċiniżi, u negozjanti meqjusa bħala korrotti. Bl-iskema kienet qed tinċentiva t-trasferiment ta’ “fondi illeċiti”.
Issa, kollox qed jindika li l-Awstralja se tmur għal skema kompletament differenti li tinċentiva ħaddiema li għandhom ħiliet varji.
L-iskema oriġinali tal-bejgħ tal-passaporti kienet daħlet fl-2012 – ftit tax-xhur biss qabel il-mossa ta’ Joseph Muscat f’pajjiżna li introduċa programm simili ta’ ‘Golden Visas’.
Fil-każ tal-Awstralja, 85 fil-mija ta’ dawk li ingħataw il-passaport kienu ġejjin miċ-Ċina.
//= $special ?>